L-Istorja tal-Parrocca
 

190 sena Bazilka.........Click for more info San Piju V............Click for more info Il-festa fil- passat Il-Hajja ta San Duminku Lista tal-Kappilani
San Gorg Preca...Click for more info JGHALLMUNA BL-EZEMPJU Wild il-Parrocca Mahtur Arcisqof Bieb il-belt u San Piju...Click for more info Images of the Basilica

Il-Parroca ta Sidtna Marija tal-Portu Salv u San Duminku twaqqfet fit-Tnejn ta Lulju 1571 b`digriet papali moghti mil-Papa San Piju V. Izda biex tifhmu min ahna tajjeb li naghtu titwila ta kif bdiet dil-grajja dumnikana gewwa il-belt kapitali Valletta propju mil-bidu tal-Ordni Dumnikan.

__________________________________

 

 

BIDU TA’ L-ORDNI TAL-PREDIKATURI

(L-ORDNI DUMNIKAN)

U  L-EWWEL DUMNIKANI F’MALTA

(Kitba ta Fr. Paul Gatt O.P. Provincjal)

 

 I.                   SAN DUMINKU FUNDATUR

A.   Minn Kanonku Regulari ghall-Predikatur

 

Fiz-zmien meta l-Ispirtu Santu beda jsejjah lil San Duminku biex iwaqqaf Ordni gdid, dan il-qaddis kien Kanonku Regulari ta’ Osma (il-kanonci regulari kienu sacerdoti li, fost il-kleru korrott tas-seklu, xtaqu jghixu bhall-appostli: flimkien, jippriedkaw il-Vangelu; kienu mxerrdin l-aktar f’postijiet rurali).

 

Fl-1203 (ghaxar snin wara li San Duminku gie ordnat sacerdot), l-isqof tal-post, Diego, ghazlu bhala l-kumpann tieghu fi vjagg ghad-Danimarka biex jiranga zwieg ghat-tifel tar-Re Alfonsu VIII.    Kemm damu fid-Danimarka, gew impressjonati hafna mill-kleru daniz li, kontra l-kumplament tal-kleru, kien jahdem hafna fost il-pagani.   Wara li Diego u Duminku qdew il-missjoni taghhom, huma marru ghand il-Papa biex, filwaqt li Diego jipprezentalu r-rizenja tieghu minn isqof, jitolbuh imorru jahdmu qalb il-pagani.

 

Innocenz III kellu hsieb iehor ghalihom: ordnalhom li jmorru jippriedkaw go Montpellier li kienet mimlija bit-taghlim qarrieq tal-Albigizi.

 

F’Montpellier sabu l-Legati tal-Papa qalbhom maqtugha minn kull success.   Hawn Diego hareg b’ideja gdida: juzaw l-istess arma li kienu qed juzaw l-Albigizi: jippriedkaw fil-faqar!

 

B’dan il-mod beda jkollhom successi kbar, fosthom il-konverzjoni ta’ grupp ta’ nisa li, billi xtaqu jkomplu jghixu l-hajja fqira li kienu qed ighixu qabel, Diego halliehom f’idejn San Duminku biex jiehu hsieb isibilhom dar u jaghtihom regola kif ighixu.  Hekk beda dak li ‘l quddiem beda jissejjah it-Tieni Ordni ta’ San Duminku, fi Prouilhe.

 

Sadanittant, imma, il-forzi ta’ dawk li jippriedkaw bdew jonqsu: miet Diego, miet Legat iehor tal-Papa, filwaqt li iehor safa’ maqtul.   Wara dan l-assassinju, il-Papa ordna krucjata kontra l-Albigizi.   San Duminku baqa’ jippriedka minkejja dan ix-xkiel kollu.    Bil-mod il-mod beda jirrealizza li Ordni religjuz biss seta’ jaghti lill-Knisja predikaturi bizzejjed biex ilahhqu mal-htiega taz-zmien.

 

Il-predikazzjoni bdiet tlaqqghu ma’ hafna nies li saru hbieb intimi tieghu.   Kien ma’ dawn li beda jiddiskuti t-twaqqif ta’ dan l-Ordni gdid.   Fil-25 ta’ April 1215, tnejn minn dawn il-hbieb, Pietru Seilha u Tumas, ghamlu l-professjoni f’idejn San Duminku li wara gew approvati mill-Isqof Fulk  bhala predikaturi ghad-djocesi ta’ Toloza.

 

B.   San Duminku f’Ruma: Tliet Digrieti ta’ Konferma minghand il-Papa

 

Imma San Duminku ried li dwn il-predikaturi jkunu ghall-Knisja universali u ghalhekk kienet mehtiega l-approvazzjoni tal-Papa.

 

Meta l-Isqof Fulk kien sejjer ghall-Koncilju Lateran, Duminku sab l-okkazjoni u telaq mieghu.   Il-Papa ma approvax l-ideja tieghu mill-ewwel minhabba l-ligijiet tal-Koncilju, imma qallu biex imur ghand shabu u flimkien maghhom jaghzel Regola li diga kienet approvata.

 

San Duminku rega’ lura ghand shabu u fl-1216 nsibu l-ewwel Kapitlu tal-Ordni, imsejjah Kapitlu Formattiv.   Hawn giet maghzula r-Regola ta’ Santu Wistin, u maghha ziedu l-Istatut li kien jinkludi xi regoli ghall-hajja ta’ kuljum.

 

Wara dan, San Duminku rega’ telaq ghal Ruma.   Sadanittant, il-Papa nbidel u sar minfloku Onorju III, imma dan xorta approva l-Ordni l-gdid bid-Digriet Religiosam Vitam (22 ta’ Dicembru 1216).   Din tat il-fakulta’ lill-komunita’ ta’ San Romans, li jaccettaw membri godda u jsiru sacerdoti.  Imma halliet daqsxejn vojt: l-Ordni gdid kien  ghadu jidher  bhal fergha tal-Kanonci Regolari.  Barra minn hekk, dan ma setax jixtered!

 

Fuq hekk San Duminku talab Digriet iehor u dan inghata fil-21 ta’ Jannar 1217 bl-isem ta’ Gratiarum Omnium.   B’dan id-Digriet, l-Ordni gie stabbilit bhala l-ORDNI TAL-PREDIKATURI.

 

Fis-7 ta’ Frar 1217, lil San Duminku tawh  Digriet iehor: bih hu gie konfermat bhala s-superjur tal-komunita’ l-gdida u rabat lid-‘Dumnikani’ li ma jinghaqdux ma’ xi Ordni iehor jekk mhux aktar strett minn taghhom.

 

Issa San Duminku seta’ jitlaq minn Ruma kuntent, ghax kien akkwista dak li ried!

 

C.   San Duminku jxerred lill-Patrijiet

 

Nhar l-14 ta’ Mejju 1217, jum li fih dik is-sena habtet il-festa kbira ta’ Ghid il-Hamsin, San Duminku laqqa’ l-patrijiet kollha u qalilhom bil-hsieb tieghu li jxerridhom f’artijiet differenti.  Mhux kulhadd qabel mieghu.   Qabel ma xerridhom, hu ghazel bhala successor tieghu lil Mattew ta’ Parigi li gie moghti t-titlu ta’ Abbati.   L-uniku wiehed li qatt inghata dan it-titlu fl-Ordni.

 

Fil-15 ta’ Awissu wettaq dak li kien qalilhom bih qabel: mill-ftit patrijiet li kien ghad kellu madwaru, sebgha baghthom Parigi, erbgha baghthom fi Spanja, tlieta gewwa Toloza u tnejn fi Prouilhe.   Hu baqa’ gewwa Toloza sakemm telaq mill-gdid ghal Ruma biex iwaqqaf kunventi godda.

 

 

 

ID-DUMNIKANI F’MALTA

 

ID-DUMNIKANI JASLU R-RABAT

 

Iz-zmien li fih id-dumnikani gew fil-gzira taghna kien iz-zmien meta l-Ordni kien ghaddej mill-ewwel riforma tieghu, jigifieri dik mibdija minn Rajmond ta’ Capua fis-seklu 14.  Il-kunventi riformati bdew jinghaqdu f’kongregazzjonijiet b’vigarju ghalihom.  Effettivament, kien mill-provincja ta’ Sqallija, riformata mill-Bejatu Pietru Geremia li x’aktarx waslu l-ewwel dumnikani f’Malta.  Sfortunatament ma nafux ezatt f’liema data gew, imma xi kitbiet jaghtuna x’nifhmu li gew madwar is-sena 1450.  Dan ikompli jigi msahhah mill-fatt li f’dan iz-zmien kienu jezistu relazzjonijiet tajbin hafna bejn l-isqof ta’ Malta Mons d’Alagona, li kien minn Katanja, u Pietru Geremia li hadem hafna f’Katanja.

 

Id-dumnikani kienu maghrufin f’Malta qabel ma huma effettivament gew fil-gzira.   Fil-fatt xi maltin kienu telqu minn Malta u nghaqdu ma’ l-Ordni Dumnikan fi Sqallija.  U kien wiehed minn dawn li x’aktarx mexxa l-ewwel grupp ta’ dumnikani li gew Malta biex jaghmlu fundazzjoni gdida.   Dan kien Pietru Zurchi, mill-Imdina, li flimkien ma’ Indri’ de Morises u Pietru de Plathea, nizlu Malta bil-hsieb li jwaqqfu kunvent tal-Ordni taghhom.

 Kunvent San Duminku Rabat

Dawn it-tlieta bdew itellghu l-ewwel kunvent taghhom hdejn il-kripta tac-cimiterju ta’ Santa Marija tal-Ghar.  Kien f’din il-kripta li d-dumnikani, l-ewwel, kienu jwttqu l-ministeru sacerdotali taghhom.   Fl-istess zmien, certu Mattew Slampa beda jibni kappella hdejn il-kripta (1547-1548).   Jidher car li din il-kripta u l-kappella gw imhollija mill-ewwel f’idejn id-dumnikani, biex jiehdu hsiebhom u jaqilghu ghixienhom minnhom.   B’hekk Slampa gie meqjus fost l-ewwel benefatturi tad-dumnikani f’Malta.

 

Imma d-dumnikani malajr kien jehtigilhom knisja akbar minn dik ta’ Slampa.  Ghalhekk aktar tard fittxew li jibnu ohra fejn kienet il-knisja ta’ Slampa u l-kripta ta’ S.Marija tal-Ghar.   Din il-knisja l-gdida, mibnija  fi zmien Zurchi nnifsu, kienet fl-istess pozizzjoni tal-knisja li tezisti llum.   Sfortunatament din kienet fil-mira tat-torok ghal diversi drabi meta dawn kienu jzuru Malta biex iharbtuha.    Fost dawn l-attakki fuq il-kunvent u l-knisja, jibqghu imsemmija dawk tal-1551 u l-1565, fi zmien l-Assedju l-Kbir.

 

 

Fis-sena 1473, il-kunvent tar-Rabat twaqqaf bhala kunvent formali.    Mis-sena 1487, l-ghadd tal-patrijiet fir-Rabat jidher li zdied sewwa. 

 

Il-kunvent attwali tar-Rabat jidher li nbena vicin is-snin 1675.

 

 ____________________________________

ID-DUMNIKANI JINZLU L-BIRGU

 

Nistghu nghidu li d-dumnikani giehom ic-cans li jinzlu l-Birgu frott tal-hidma li kienu qed iwettqu, u r-rispett li kienu jgawdu min-nies.

 

Fost in-nobbli li kienu jhobbu hafna d-dumnikani nsibu lill-familja De Guevara, familja maghrufa tajjeb, sew fl-Imdina u sew fil-Birgu.   B’xorti tajba, membru ta’ din il-familja lahaq kappillan ta’ San Lawrenz.   Bil-hidma ta’ dan il-kappillan u bir-rispett li n-nies tal-Birgu diga’ kellhom lejn id-dumnikani, huma wrew ix-xewqa li d-dumnikani jwaqqfu kunvent fil-parrocca taghhom, filwaqt li offrewlhom il-knisja tal-Lunzjata.   Naturalment, id-dumnikani accettaw din l-offerta u ghalhekk, fl-4 ta’Frar 1528, tliet patrijiet, Indri’ di Gaudisio, Gwanni Majuni u Leone de Armenino, dahlu u hadu pussess tal-knisja tal-Lunzjata bil-fehma li jwettqu r-rieda tal-istess nies li jibnu hemm kunvent ghalihom

 Knisja tal-Lunzjata Birgu

Meta gew il-kavallieri ta’ San Gwann go Malta, nhar is-26 ta’ Ottubru 1530, il-Gran Mastru xtaq li jiehu l-knisja ta’ San Lawrenz biex tkun il-Knisja konventwali tal-kavallieri.   Il-Kappillan de Guevara ma cahhdux minn dn.  U biex jaministra s-sagramenti, de Guevara rega’ ried jiehu f’idejh il-knisja tal-Lunzjata.   IL-patrijiet ma tantx ghogbithom din, imma fl-ahhar cedew.   Bil-mod regghu kibru r-relazzjonijiet tajba ma’ Guevara u fl-ahhar, il-patrijiet stess kienu ghalih ta’ ghajnuna kbira fil-hidma pastorali.

 

S’intendi, mal-migja tal-kavallieri f’Malta, ix-xoghol fil-Birgu zdied hafna u allura kien mehtieg li l-kunvent ikun mimli bil-patrijiet.   Sadanittant kien beda l-bini tal-ewwel kunvent tad-dumnikani tal-Birgu li twaqqaf f’wiehed formali fl-1536.

 

 ____________________________________

 

ID-DUMNIKANI FIL-BELT VALLETTA

(Noti mehudin mill-ktieb ta’ P. Mikiel Fsadni OP Id-Dumnikani fil-Belt 1569-1619, Veritas Press 1971)

 

Wara l-Assedju l-Kbir tas-sena 1565, il-Gran Mastru fra Giovanni La Vallette, bla telf ta’ zmien, haseb biex jibni belt-fortizza ghall-harsien ta’ Malta minn xi hbit iehor tat-torok.  Fit-28 t’ Marzu 1566, tqeghdet l-ewwel gebla.  Ghal sentejn shah eluf ta’ haddiema, maltin u barranin, hadmu bla mistrieh fil-bini tas-swar.   Il-Gran Mastru fra Pietro del Monte ried, imbaghad, li jinbeda wkoll il-bini tad-djar; ghalhekk, fit-3 ta’ Frar 1569, waqqaf kummissjoni biex, flimkien mal-ajjutant tieghu u l-kaptan Francesco Laparelli, tfassal u tqassam l-art ta’ gewwa l-Belt Gdida ghall-bini tad-djar.

 Valletta

Il-patrijiet dumnikani tal-kunvent tal-Lunzjata, il-Birgu, basru bit-tidbil li kien sejjer jinholoq malli l-Ordni ta’ San Gwann jitlaq mill-Birgu u jmur lejn il-Belt il-Gdida.   Huma ma qisux biss li l-kunvent taghhom fil-Birgu kien sejjer jitlef l-importanza li kellu, imma, wisq aktar li jifirxu hidmiethom fost eluf ta’ haddiema li kienu jahdmu, sahansitra fil-festi kmandati, biex ifittxu jlestu s-swar.   Ghalhekk, P. Damjan Taliana, pirjol tal-Lunzjata u Vigarju Provinjcali ghall-kunventi dumnikani f’Malta, bl-approvazzjoni tal-patrijiet tal-kunvent tieghu, talab post fil-Belt Gdida biex hemm jibni u jwaqqaf kunvent.

 

Il-Gran Mastru Del Monte laqa’ t-talba ta’ P. Taliana, u ta b’xejn lid-dumnikani kwartier shih immarkat numru 8 fil-pjanta tal-Belt.      Dan il-post kien sewwa sew fejn illum hemm il-kunvent u l-knisja tal-Portu Salvu, u bosta djar maghqudin maghhom.   P.Taliana beda, bil-mod il-mod, idawwar bil-hitan il-kwartier imsemmi u jibnih mill-ahjar li seta’.  Barra minn hekk, l-istess patri, imqanqal mill-htiega li kellhom l-ghadd kbir ta’ nies li kienu jahdmu  fil-Belt, bena wkoll knisja zghira fil-post li kiseb; hu, bhala pirjol, beda jibghat mill-kunvent tieghu tal-Lunzjata, l-Birgu, daqqa patri u daqqa iehor, halli jqaddsulhom.   Hekk kellu bidu t-twaqqif tad-dar u tal-knisja zghira, jew kappella, li l-patrijiet dumnikani tal-Birgu bnew fil-Belt Valletta.  Dan sehh fis-sena 1569.

 

Il-patrijiet dumnikani tal-Lunzjata ma damux wisq gejjin u sejrin halli jqaddsu fil-knisja zghira li bnew.   Hu wisq probabbli li qabel zmien sena mindu kisbu l-art, kienu diga marru jghammru hemm.  Wahda mill-kundizzjonijioet fl-ghoti ta’ l-art ghall-bini  f’din il-Belt kienet li, l-post ried jinbena fi zmien sena taht piena li s-sid jitlef l-art u kull ma jkun ghamel fiha.   Certament qabel id-9 ta’ Marzu 1571, diga kien hemm komunita’ ta’ patrijiet.   F’din id-data, infatti, Giacomo Bonnici, mill-Birgu, halla legat ta’ quddies lill-patrijiet tal-Lunzjata, il-Birgu, bil-kundizzjoni li, jekk dawn ma jaccettawhx, jinghata lll-patrijiet dumnikani tal-Belt!

 

Il-Kappella tad-dumnikani fil-Belt kienet iffrekwentata mhux biss mill-haddiema fil-bini tal-istess Belt u mill-familji li  mill-Birgu marru jghammru hemm, izda wkoll minn bosta bahhara.   Ghalhekk, f’qasir zmien, il-patrijiet raw il-htiega li, minflok il-kappella, jibnu knisja xierqa; huma ddecidew li din il-knisja tkun dedikata lil S. Marija tal-Portu Salvu, ghad-devozzjoni tal-bahhara.  

 

___________________________________________

 

TWAQQIF  TAL-PARROCCA

MILL-BIDU SAL-KONSAGRAZZJONI TAGHHA FL-1889

 

Id-dumnikani kienu minn tal-ewwel li mill-Birgu kienu jigu biex ighinu lill-haddiema li kienu qed jibnu l-Belt il-gdida Valletta.   Il-Gran Mastru Pietro DelMonte, fil-bidu ta’ Marzu 1571, b’rikonoxxenza, lill-patrijiet tahom bicca art kbira u sabiha, immarkata fil-pjanta bin-numru 8, biex jibnu knisja u kunvent.    Il-patrijiet sejhu lill maghruf Girolamo Cassar biex jibniha u, fid-19 ta’ April 1571, qeghdu solennement l-ewwel gebla u ddedikawha lil Santa Marija tal-Portu Salvu, minhabba l-ghadd kbir ta’ nies tal-bahar li kienu jiffrekwentaw il-kappella li kellhom.

 

Il-Papa Dumnikan San Piju V, benefattur kbir tal-Belt il-gdida, fit-2 ta’ Lulju 1571, b’Motu Proprio Ex Debito Pastorali  gholla l-knisja, li kienet ghadha kif bdiet tinbena, bit-titlu u grad ta’ parrocca ewlenija u matrici principali tal-belt il-gdida kollha kemm hi.

 

L-ewwel knisja kienet fl-istess pozizzjoni tal-knisja li tezisti llum.  Minbarra l-artal maggur, kellha 12-il artal, sitta kull naha.   Fl-14 ta’ Dicembru 1615, il-patrijiet dendlu, mal-arkata principali tal-knisja, Kurcifiss kbir tal-injam, xoghol l-iskultur sqalli Giuseppe Mazzeo minn Vizzini, u li llum huwa meqjum fil-kappella tieghu.

 

Minhabba l-hsarat kbar li garrbet il-knisja minn sensiela ta’ terremoti kbar u maltempati koroh li hallew warajhom hsarat kbar fil-knisja, biex jevitaw kull periklu, il-knisja giet ikkundannata u maghluqa ghal kollox fl-24 ta’ Lulju 1780.

 

Minhabba xi oqbra li fiha kien hemm midfuna xi katavri ta’ nies li mietu bil-pesta tal-1776, il-Kummissjoni tas-Sanita’ ma hallietx lill-patrijiet jibnu ohra fl-istess post.  Il-patrijiet kellhom jistennew ighaddu 25 sena ohra.  Fl-ahhar, dawn inghataw il-permessi kollha mehtiega u sejhu lill-Perit Antonio Cachia biex jiehu hsieb il-bini ta’ knisja gdida, aktar spazjuza u sabiha minn ta’ qabel, b’karnierja kbira daqs il-knisja.   Ix-xoghol ta’ thejjija nbeda fis-7 ta’ Marzu 1804 u l-ewwel gebla tqeghdet solennement mill-Isqof Fra Vincenzo Labini nhar il-25 ta’ Novembru tal-istess sena.

 

Meta l-knisja kienet ghodda lesta, fis-7 ta’ April 1813 regghet tfaccat il-pesta.   Minhabba f’hekk inqata’ hafna mill-kuntatt mal-Belt.  Billi l-bicca l-kbira tal-haddiema kienu minn barra l-Belt, ix-xoghol kollu waqaf ghal ghaxar xhur shah.   F’dan iz-zmien, il-patrijiet urew qlubija kbira meta baqghu jassistu n-nies tal-Belt kollha.

 

Il-festa tat-tberik u ftuh tal-knisja sar nhar it-Tnejn 15 ta’ Mejju 1815 bi tridu ta’ festi li ghalqu nhar il-Hamis b’purcissjoni solenni bis-Santissimu Sagrament.   Fiha, flimkien ma’ Mons Isqof Mattei u l-komunitajiet dumnikani, hadu sehem ir-Rev. Kapitlu tal-Kattidral, is-Seminaristi, il-komunitajiet kollha tar-religjuzi tal-Belt u l-Furjana u l-Fratellanzi kollha.

 

Il-Papa Piju VII, biex ipatti ghall-qlubija li wrew id-dumnikani tal-Belt matul il-pesta, imsahha b’rakkomandazzjoni tal-Isqof Mattei u tal-Gvernatur ta’ Malta Sir Thomas Maitland u minn ghadd ta’ ufficjali tas-Sanita’, tobba, sacerdoti u personalitajiet ohra, fl-25 ta’ Marzu 1816, bil-Brevi Explorata Proximorum Dilectio, gholla l-knisja ta’ Santa Marija tal-Portu Salvu ghad-dinjita’ u privileggi ta’ Bazilika Minuri.  Ftit xhur wara, l-istess Papa, fis-17 ta’ Jannar 1817, bi Brevi iehor Eos qui in vineam Domini, ta lill-membri tal-komunita’ tal-Belt, il-privilegg singulari li, fil-funzjonijiet korali, jilbsu l-muzzetta sewda.

 

Fil-15 ta’ Ottubru 1889, l-Isqof Mons Pietru Pace ikkonsagra solennement il-knisja, l-artal maggur u dawk tal-kappella tas-Sagrament u ta’ San Duminku.

 

___________________